Basketball Sport

Gżira Athleta jżommu posthom fil-quċċata … Hibernians jiksbu rebħa kbira kontra Luxol

(Ritratt: Catriel Farrugia)

STARLITES GIG……………. 69

GŻIRA ATHLETA………….. 83

(19-12, 13-21, 16-23, 21-27)

Starlites: A. Felice Pace (14), M. Azzopardi, R. Bonnici (6), I. Felice Pace (4), M. Fabri, M. Falzon (7), M. Scerri (3), K. Kulos (28), J. Merseille (7)

Gżira Athleta: C. Crossland (14), S. Pace (9), B. Zammit, P. Shoults (4), L. Stefanovic (14), S. Galea, N. Xuereb (15), E. Sciberras, M. Novakovic (16), I. Thiesen (11), E. Abela, R. Abela

Referees: B. Vassallo, L. Camilleri

Iċ-champions Gżira Athleta komplew jirbħu biex b’hekk żammew posthom fil-Kampjonat BOV l-Ewwel Diviżjoni tal-irġiel. Huma għelbu lil Starlites GIG 83-69. Wara bidu kwiet, Gżira Athleta tjiebu fit-tieni sessjoni u wara li marru fil-vantaġġ, ikkontrollaw tajjeb il-vantaġġ tagħhom. Fin-nuqqas tal-imweġġa’ Matthew Gouder, Luca Stefanovic qed ikollu wirjiet tajba.

Starlites ħarġu tajjeb u marru 10-4 minn fuq. Athleta kellhom mument tajjeb u rnexxielhom iġibu d-draw, iżda Starlites temmew is-sessjoni 19-12 minn fuq. Gżira Athleta rnexxielhom jiksbu seba’ punti mingħajr risposta u wara li marru 28-25 minn fuq, reazzjoni ta’ Starlites wasslet biex ħadu vantaġġ ta’ erba’ punti.

Gżira Athleta daħlu jistrieħu 33-32 iżda Starlites kisbu l-ewwel ħames punti biex reġgħu kisbu l-vantaġġ. Iżda din kienet l-aħħar darba li kienu minn fuq hekk kif Athleta fetħu distakk tajjeb permezz ta’ Ian Felice Pace, Ian Thiesen u Luca Stefanovic.

Konor Kulas li spiċċa l-aqwa skorer tal-logħba, naqqas id-distakk għal 56-48 bi tliet punti, iżda fl-aħħar perjodu, li kienet l-aktar waħda movimentata, Starlites naqqsu li jħallu l-logħba miftuħa sal-aħħar, hekk kif Athleta

Hibernians jirritornaw għar-rebħ

HIBERNIANS………………. 110

BUPA LUXOL………………. 77

(32-22, 29-19, 20-19, 29-17)

Hibernians: P. Attard (5), D. Bugeja (15), K. Caruana (11), L. Formosa, I. Bonett (10), N. Vasovic (16), A. Axiaq (9), M. Matijevic (4), M. Attard (3), C. Rowe (17), I. Demcesen (20)

Luxol: J. Cefai V. Jandric (20), P. Engelbert (2), E. Caruana Montaldo, F. Mifsud Bonnici (6), J.P. Schembri (14), K. Dimech (29), I. Pace (2), S. Opojevlic, K. Gauci, L. Trapani, S. Cappello (4)

Referees: I. Simic, M. Hraisha, S. Jafilica

Hibernians irritornaw għar-rebħ wara rebħa ta’ 110-77 kontra BUPA Luxol. Din kienet it-tieni rebħa għalihom f’dan l-istaġun, b’total ta’ sitt plejers jiksbu aktar minn 10 punti. Dan anki jekk kellhom lill-Iżvediż William Alhberg.

Il-Pawlisti bdew jiddominaw taħt il-boards u rebħu l-ewwel perjodu 32-22. Fit-tieni perjodu, Hibernians inqatgħu minn mal-avversarji meta kisbu 18 minn serje ta’ 20 punt, tant li daħlu jistrieħu 61-41 fil-vantaġġ.

Wara l-mistrieħ, Luxol pruvaw jirkupraw permezz ta’ JP Schembri u s-Serb Vukasin Jandric iżda Hibernians baqgħu fuq quddiem u saħansitra bdew l-aħħar perjodu 81-60. Fl-aħħar perjodu Luxol ma bdewx ilaħħqu mar-ritmu tal-avversarji. Hibernians saħansitra laħqu l-100 punt b’żewġ free shots ta’ Isaac Bonett u kisbu l-akbar rebħa tal-istaġun.