Lokali

“Ħtieġa li jintrefgħu r-responsabiltajiet istituzzjonali” – KNA

Il-Kunsill Nazzjonali Anzjani (KNA) qal li fis-sitwazzjoni attwali li jinsab fiha pajjiżna jixtieq jagħmel qiegħed isostni l-appell li għamel il-President tar-Repubblika George Vella fejn qal li “dawn mhumiex żminijiet normali u dak li għaddej f’Malta bħalissa huwa bla preċedent”.

Il-KNA iħoss li bħalissa “għaddejjin minn żminijiet diffiċli, imma jekk inżommu l-kalma u l-għaqda noħorġu minnhom bl-anqas dannu possibbli għas-soċjetà Maltija u għal pajjiżna”.

Appellaw lil kull min għandu responsabilitajiet istituzzjonali jew amministrattivi biex jerfa’ r-responsabilitajiet tiegħu, speċjalment f’dan il-perjodu ta’ tranżizzjoni, u ma jħares lejn wiċċ ħadd.