Il-Grupp Tumas ħabbar li qed jitlob inkjesta indipendenti u esterna biex ikun żgurat li hu ma bbenefikax b’xi mod minn xi attivitajiet illeċiti.
Dan hekk kif l-eks Direttur tal-Grupp, Yorgen Fenech, qed ikun akkużat b’akkużi ta’ ħasil tal-flus kif ukoll l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Il-Bord tad-Diretturi ta’ Tumas Investments plc iddikjara li rċieva assigurazzjonijiet li fl-2019, il-Grupp Tumas ma bbenefikax minn xi attivitajiet illeċiti relatati ma’ Yorgen Fenech.
Minkejja dan, il-grupp irid komfort addizzjonali permezz ta’ rapport indipendenti u estern. Waqt li Yorgen Fenech irriżenja mill-Grupp, hu jiċħad kull akkuża fil-konfront tiegħu.
//= $special ?>