Lokali

Il-membri tal-MCESD “imħassba dwar l-impatt tal-ħsara lir-reputazzjoni ta’ Malta”

Ir-rappreżentanti tal-impjegati, il-unions u s-soċjeta ċivili, li jiffurmaw l-MCESD, iddikjaraw li jinsabu mħassba dwar l-impatt li l-ħsara lir-reputazzjoni ta’ pajjiżna għandu fuq l-aspett soċjali u ekonomiku lokali.

Dan ħareġ fi tmiem laqgħa urġenti tal-MCESD, li saret matul l-għodwa tat-Tnejn. Matulha, huma qablu li l-istituzzjonijiet nazzjonali responsabbli mir-Rule of Law għandhom ikomplu jissaħħu.

Iddikjaraw ukoll li ħadd m’għandu jitqies ‘il fuq mil-liġi u li l-ġustizzja trid issir u tidher li qed issir kif ukoll li s-sigurta nazzjonali u l-istabbilta jingħataw priorita.

Fl-istqarrija maħruġa mill-MCESD ikun dikjarat li, biex l-ekonomija Maltija tkompli tirnexxi, hu essenzjali li l-istabbilta politika u soċjali tiġi lura għan-normal mill-iktar fis possibbli.