Ekonomija Lokali

Il-Ministru li jinsab taħt inkjesta kriminali…jiftaħar bis-surplus

Il-Ministru ħiereġ mil-laqgħa tal-Grupp Parlamentari Laburista

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna, li bħalissa jinsab taħt inkjesta kriminali b’rabta mal-bejgħ tal-isptarijiet, illum ħareġ jiftaħar bis-surplus tal-Gvern. Dan meta bħalissa hu huwa wieħed mill-aktar Ministri li hemm il-lenti fuqhom, propju minħabba din l-inkjesta taħraq.

Iżda Edward Scicluna, f’nofs din il-kriżi politika li daħħalna fiha Joseph Muscat, ħass li n-nies għandhom ikunu nfurmati bis-surplus li għamel il-Gvern fl-ewwel 10 xhur tas-sena.

Kien il-ġimgħa li għaddiet meta l-Imħallef Edwina Grima kkonfermat sentenza tal-Ewwel Qorti u ċaħdet l-appell li ressqu l-eks Ministru Konrad Mizzi, il-Ministru Edward Scicluna u l-Ministru Chris Cardona biex ma tinfetaħx inkjesta kriminali dwarhom u l-ftehim mal-Vitals Global Healthcare.

L-inkjesta kienet ntalbet mill-organizzazzjoni Repubblika biex ikun magħruf jekk Scicluna, Cardona u Mizzi flimkien ma’ Ivan Vassallo, direttur maniġerjali u sid ta’ Technoline, tawx vantaġġ lill-VGH waqt il-proċess tal-għażla.