Hu funadamentali li l-Prim Ministru Joseph Muscat iwarrab issa għaliex kull ġurnata li tgħaddi u jibqa’ hemm ikun qed ixekkel milli ssir ġustizzja fil-kaz tal-assassinju ta’ Daphne Carauana Galizia
Sostna dan il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia f’intervista qasira li saritlu mill-BBC Radio4.
Mistoqsi x’ qed tagħmel l-Oppożiżżjoni f’dan l-istadju sabiex tkun assigurata ġustizzja, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li qed isir dak kollu li tippermetti l-liġi. Semma’ wkoll il-kawża li li fetħet l-Oppożiżżjoni sabiex tingħata kopja tar-Rapport Egrant …u l-kawża kontra l-gvern biex it-3 sptarijiet li Muscat għadda lill-privat jerġgħu lura għand il-poplu.
Fl-intervista mal-BBC Radio4 il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia spjega wkoll kif bħala Oppożizzjoni fil-Parlament qed tittieħed kull okkażjoni sabiex isemmgħu leħen is-soċjeta’ ċivili. Semma’ anke li f’dawn l-iżviluppi politiċi hu bħala Kap tal-Oppożizzjoni ltaqa’ mal-President tar-Repubblika George Vella.
Fl-intervista, l-Kap tal-Partit Nazzjonalista spjega għalfejn hu jinsisti li l-pajjiż qed jinżamm ostaġġ tal-kriżi politika f’pajjiżna.
Tenna li ma jistax ikun li f’pajjiż sippost demokratiku u membru tal-Unjoni Ewropea jkollna l-poter kollu kkontrollat minn persuna waħda fil-pajjiż bl-istituzzjonijiet jispiċċaw qishom pupazzi f’idejn il-Prim Ministru Joseph Muscat, b’referenza ċara ssir għall-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar.
//= $special ?>