Lanqas titwemmen – ftit tas-sekondi biss wara li xufier tal-Gvern deher jagredixxi lill-ġurnalisti preżenti fil-Belt Valletta għall-protesta tal-lum, grupp ta’ deputati tal-Lejber ħadu ‘selfie’ miegħu jitbissmu u jitgħannqu.
Miegħu deheru fost l-oħrajn il-Ministru Owen Bonnici, u s-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes.
Minn barra l-Parlament, in-nies li kienu qed jipprotestaw innutaw mal-ewwel x’kien qed jiġri fuq ġewwa. Dan wassal biex kibret l-għajta tan-nies bies Muscat iwarrab immedjatament.
Il-protesti fil-Belt bdew għall-ħabta tal-4pm u baqgħu għaddejin sat-8pm.
Il-Ministru u d-deputati tal-Gvern kellhom joħorġu mill-Belt minn naħa ta’ isfel, fejn hemm il-foss ta’ taħt id-daħla tal-Belt.