Ambjent Lokali

Jintrebaħ l-appell fil-Qorti biex tiġi salvata d-Dwejra

L-appell fil-qorti biex tiġi salvata d-Dwejra ntrebaħ u d-Dwejra issa hija ħielsa mit-theddida ta’ aktar żvilupp waqt li s-sema mdallam tagħha issa huwa mħares. Fi stqarrija l-Birdlife qalet li fis-smigħ finali tal-każ dwar il-proposta ta’ estensjoni ta’ ristorant fid-Dwejra lġimgħa l-oħra, il-Qorti tal-Appell laqgħet l-argumenti tagħna kontra d-deċiżjoni tat-Tribunal tal-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT) li jinħareġ il-permess, li jfisser li lpermess issa qed jiġi revokat.

Il-każ biex jitressaq l-appell kien imħejji minn BirdLife Malta u l-Institute of Space Sciences and Astronomy (ISSA) tal-Università ta’ Malta li t-tnejn kienu oġġezzjonaw formalment għall-iżvilupp propost u għalhekk kellhom id-dritt li jappellaw mid-deċiżjoni. Kien fil-15 ta’ Lulju 2019 li BirdLife Malta ressqet lappell fil-qorti f’isem koalizzjoni ta’ 15-il NGO li ħadu pożizzjoni kontra liżvilupp propost f’dan is-sit Natura 2000 li huwa kklassifikat ukoll bħala Dark Sky Heritage Area.

Dan is-sit f’Għawdex huwa wkoll Zona Speċjali ta’ Konservazzjoni (SAC) ta’ importanza internazzjonali taħt id-Direttiva tal-UE dwar il-Ħabitati, Zona ta’ Protezzjoni Speċjali (SPA) taħt id-Direttiva tal-UE dwar l-Għasafar, u santwarju tal-għasafar. Billejl jaf joffri veduti spettakolari tas-sema mdallam bil-kwiekeb u tat-Triq ta’ Sant’Anna filwaqt li ċ-Ċiefa – għasfur tal-baħar ikoniku – tuża dawn lirdumijiet bħala l-ħabitat fejn tbejjet. Kemm it-tniġġis mid-dawl u ż-żieda fliżvilupp kien se jkollhom impatt negattiv fuq dawn l-inħawi.

Appell separat li tressaq mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) fuq l-istess każ ukoll intlaqa’.

ilwaqt li nilqgħu din id-deċiżjoni importanti, nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk kollha li appoġġjaw din il-ġlieda, b’ħafna modi. L-isforz konġunt minn NGOs, avukati, akkademiċi u s-soċjetà ċivili wassal għar-riżultat mixtieq. Kelma ta’ radd il-ħajr tmur ukoll għall-pubbliku għall-appoġġ qawwi li kien wera meta ħarġet id-deċiżjoni skandaluża tat-Tribunal li jaqleb id-deċiżjoni inizjali tal-Awtorità tal-Ippjanar kontra dan l-iżvilupp fid-Dwejra. Wara l-kampanja li kien nieda lfront ta’ NGOs biex jiġbor il-fondi ħalli jkun jista’ jappella fil-qorti, f’inqas minn jumejn kienu nġabru aktar minn €3,000 f’donazzjonijiet.

B’kollox kien hemm 15-il NGO li kienu ngħaqdu fi sforz wieħed bħala parti minn dan il-front.