Lokali

Kull ġurnata li Joseph Muscat se jibqa’ fil-kariga se tibqa’ tippersisti l-instabbiltà

Pajjiżna għaddej minn instabbiltà u kriżi kbira u kull minuta li Joseph Muscat jibqa’ fit-tmexxija tal-pajjiż qed tkompli tinfirex il-ħsara. Kien imissu ilu li rriżenja, u kull ġurnata li qed jibqa’ jokkupa l-kariga se tkun ġurnata oħra fejn il-ġustizzja dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia ma ssirx u lanqas tidher li qed issir.

Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li Joseph Muscat ma messu qatt involva ruħu f’investigazzjoni dwar nies li hu għamel snin jipproteġi. Il-pożizzjoni ta’ Joseph Muscat mhix tenibbli u l-ħsara lil pajjiżna għandha tieqaf billi jitlaq immedjatament.

Il-Maltin u l-Għawdxin jemmnu u jeħtieġ li l-ġustizzja trid issir, li l-verità trid toħroġ kollha u li Malta jeħtieġ tirritorna fit-triq tas-sewwa mill-aktar fis. Hekk biss nistgħu nħarsu l-interess nazzjonali.