Lokali

“L-istorja mhux se taħfer lil Muscat”

Il-Ħadd Joseph Muscat kellu ċ-ċans li jbiegħed lil Malta mill-periklu, dan iżda m’għamlux. Minflok huwa se jżomm postu sa Jannar li ġej bis-sitwazzjoni f’pajjiżna tkompli mill-ħażin għall-agħar.

Din kienet silta mill-introduzzjoni tal-editorjal tat-Times of Malta fejn il-messaġġ kompla billi qal li f’dawn iċ-ċirkostanzi straordinarji hekk kif il-Prim Ministru u sħabu ingħataw wisq ħin biex jaħbu kull evidenza inkriminanti.

It-Times kompliet billi qal li kull ġurnata li Muscat jibqa’ bħala Prim Ministru qed tkompli ssir il-ħsara lil Malta.

L-editorjal kompla billi qal li l-ħames ġimgħat sakemm il-Partit Laburista jsib mexxej ġdid huwa perjodu twil ħafna.

It-Times kompliet billi qalet li r-rabja għandha raġun tkun fost l-attivisti u dimostranti. L-espressjonijiet ta’ għajb matul il-protesta tal-Ħadd laħqu livell ġdid minħabba ċ-ċirkustanzi preżenti.

Bħalissa hemm xokk u konfuzjoni mill-kamp Laburista, xi ħaġa li qed tinħass minn fuq s’isfel fil-Partit minħabba l-aħħar żviluppi fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Il-gazzetta tiddeskrivi dan l-assassinju li seħħ fid-dawl ta’ stil mafjuż li rajnih ukoll fl-aħħar jiem.

It-Times kompliet billi qalet Yorgen Fenech implika lill-ħabib tal-Prim Ministru Joseph Muscat, Keith Schembri fl-evidenza li ħarġet biex tinħareġ il-verità.

L-editorjal qal li fid-dawl taċ-ċirkostanzi Keith Schembri għadu liberat, u dan huwa riżultat kbir ta’ nuqqas mill-ordni tal-pajjiż.

Joseph Muscat jinsab akkużat li għandu d-demm fil-pala ta’ idu, li ppermetta kultura ta’ impunità u li waslet għall-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia. L-editorjal sostna li Muscat b’azzjonijitu rawwem tolleranza għal korruzzjoni u għall-kriminalità finanzjarja.

L-editorjal sostna li hemm il-ħtieġa li l-protesti jissoktaw, b’tama li Joseph Muscat jneħħi l-għammad minn quddiemu.