Lokali

L-MŻPN tikkundanna l-attakki fuq il-ġurnalisti

Permezz ta’ post fuq Facebook l-MŻPN ikkundannat l-attakki li seħħew fl-aħħar sigħat fuq il-ġurnalisti, fosthom dawk ta’ Net News. Dawn l-avvenimenti ġraw illejla quddiem il-Parlament fil-Belt Valletta, u biswit iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun.

L-MŻPN tenniet li l-ġurnalisti huma pilastru ewlieni tad-demokrazija, fejn kieku ma kienx għall-ġurnalisti kieku dan il-Gvern, u l-“Kap ta’ din l-organizzazzjoni kriminali” kienu jibqgħu għaddejjin bl-iskandli u l-korruzzjoni.

L-istqarrija kompliet turi t-tħassib tagħha dwar id-disprezz fil-konfront tal-ġurnalisti. filwaqt li qalet li kkundannat l-intimidazzjonijiet li l-ġurnalisti qed ikollhom ta’ kuljum.

“Rajna li wara dan kollu l-Ministri u d-deputati Laburista ħadu stessu max-xufier li attakka lill-ġurnalista ta’ Newsbook, filwaqt li partitarji Laburista tefgħu sa anki fliexken fil-konfront tal-ġurnalisti ta’ Net News.” – MŻPN

L-MŻPN sostniet li se tibqa’ taħdem biex tinħareġ il-verità filwaqt li qalet li azzjonijiet bħal dawn jirrikjedu tweġibiet u li wkoll isiru l-apoloġiji meħtieġa.

https://www.facebook.com/517780541699331/posts/1812712042206168