Lokali Qorti

Liberat bil-kundizzjoni wara li kkaġuna att indiċenti fuq tal-linja

Raġel ta’ 39 sena mill-Ghana ġie lliberat bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien tliet snin wara li ammetta li nhar is-Sibt li għadda fil-ħin li kien fuq karozza tal-linja kkaġuna att ta’ natura sesswali mingħajr kunsens ta’ tfajla Maltija.

Samuel Marfu ammettq quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli li għall-ħabta ta’ bejn is-6.00pm u s-6.45pm waqt li kien passiġġier bejn il-Marsa u Raħal Ġdid mingħajr permess u kunsens poġġa jdejh fuq saqajn it-tfajla.

Il-Qorti kkunsidrat il-fatt li Marfu għandu kondotta tajba iżda wissietu li reat simili jew reat ieħor ta’ kull xorta jista’ jfisser sentenza ta’ ħabs effettiva u multa li tista’ titla’ sa €7,000. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Wayne Camilleri u Hubert Cini.