Liverpool se jkunu qed jilagħbu d-derby ta’ Merseyside kontra Everton fit-tielet rawnf tal-FA Cup ix-xahar id-dieħel filwaqt li t-tim non-league AFC Fylde se jilagħbu kontra Sheffield United. Everton se jkunu qed ifittxu li jiksbu l-ewwel rebħa f’Anfield f’21 sena, biż-żewġ timijiet jilagħbu l-Erbgħa filgħaxija.
Arsenal li għadhom qed ifittxu manager permanenti jilqgħu lil Leeds United ta’ Marcelo Bielsa, filwaqt li r-rebbieħa tas-sena l-oħra Manchester City għandhom polza faċli kontra Port Vale ta’ League Two.
Manchester United għandhom konfront diffiċli kontra Wolves f’Molineux Stadium, l-istess tim li kien eliminahom fl-aħħar tmienja s-sena l-oħra. Chelsea se jilqgħu lil Nottingham Forest f’dan ir-rawnd għat-tieni staġun konsekuttiv u Tottenham telgħu kontra Middlesbrough. Il-logħbiet kollha jintlagħbu fl-ewwel ġimgħa ta’ Jannar.
It-Tielet Rawnd
Leicester v Wigan
QPR v Swansea
Fulham v Aston Villa
Chelsea v Nott Forest
Wolves v Man United
Charlton v West Brom
Rochdale/Boston v Newcastle
Cardiff v Forest Green/Carlisle
Oxford v Exeter/Hartlepool
Shef. Utd v Fylde
Southampton v Huddersfield
Liverpool v Everton
Bristol v Shrewsbury
Bournemouth v Luton
Brighton v S. Wednesday
Bristol/Plymouth v Coventry/Ipswich
Eastleigh/Crewe v Barnsley
Man City v Port Vale
Middlesbrough v Tottenham
Reading v Blackpool
Watford v Tranmere
Preston v Norwich
MIllwall v Newport
Crystal Palace v Derby
S. Moors/Rotherham v Hull
Brentford v Stoke
Fleetwood v Portsmouth
Arsenal v Leeds
Gillingham v West Ham
Burton v Northampton
//= $special ?>