Lokali

“Se jibqa’ Prim Ministru biex jibqa’ jostakola l-ġustizzja” – Mark Camilleri

“Billi Muscat baqa’ fil-poter, minflok irriżenja, Muscat qed iwassal espliċitament il-messaġġ li se jibqa’ Prim Ministru biex jibqa’ jostakola l-ġustizzja u jibqa’ jaqbeż għall-akbar ħabib tiegħu Keith Schembri. Dikjarazzjoni ċara minn Mark Camilleri, Chairperson tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK).

F’post fuq il-media soċjali, Camilleri qal li issa sar il-patrun tal-mafja u ilbieraħ saħansitra heddidna biex ma nqajmux id-diżordni fil-pajjiż.

Saħaq li “l-unika raġuni għala Muscat irid jibqa’ huwa biex ikompli ifixkel il-ġustizzja, jipproteġi lil sħabu kriminali, u jassigura li min ġej warajh bħala Leader tal-Partit Laburista se jkompli jipproteġi l-mafja.”

Żied jgħid li “Illum għandna sitwazzjoni serja ħafna, imma dawk li ma jafux jaqraw u jiktbu sew, mhux qed jifhmu li hemm evidenza kbira ta’ korruzzjoni bejn Yorgen Fenech u Keith Schembri u li din il-korruzzjoni ta’ bejniethom qed tqajjem is-suspett kbir li dawn iż-żewġ n-nies ftehmu u qatlu lil Daphne bejniethom. “