Lokali

Stewart Said fost il-parteċipanti tal-AIPS Sport Media Awards

Is-sottomissjoni għall-AIPS Sport Media Awards mill-ġurnalist sportiv ta’ MediaLink Communications, Stewart Said, ġiet aċċettata. B’hekk hu jinsab fost 527 persuna minn madwar id-dinja.

Malta hi rappreżentata wkoll mill-fotografu Domenic Aquilina.

Said issa mistenni jgħaddi minn proċess li jista’ jwasslu biex jiġi shortlisted mal-aħħar 25. Hu qed jikkompeti għall-unur Young Reporter Writing.

Ir-rebbieħa jitħabbru fil-kungress li jmiss tal-AIPS, li se jsir fi Frar tas-sena d-dieħla.