Lokali

Tikber il-ġlieda fil-Labour

Il-Prim Ministru Joseph Muscat kien imdawwar b’nies li l-interess tagħhom ma kienx l-interess nazzjonali.

Waqt kollegament telefoniku fuq l-istazzjon tal-Partit Laburista, il-Ministru Chris Cardona, li l-Ħadd reġa’ assuma r-responsabbiltajiet tiegħu ta’ Minstru tal-Ekonomija, qal li Joseph Muscat tefa’ l-fiduċja tiegħu f’nies li ħallsuh b’imġieba ħażina… nies li l-għan tagħhom mhuwiex il-ġid komuni jew l-interess nazzjonali.

Għalkemm Cardona ma semmiex ismijiet, din jidher illi kienet  referenza għall-eks Chief of Staff ta’ Muscat, Keith Schembri, li kien riċentament interrogat b’konnessjoni mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia …wara li ġie implikat mis-suspettat ewlieni Yorgen Fenech.

Minn dakinhar l’hawn Schembri ġiet rilaxxat, filwaqt li Yorgen Fenech tressaq il-Qorti u nzamm arrestat.

Fl-aħħar jiem kien hemm rapporti li waqt laqgħa tal-kabinett kien żvelat li Keith Schembri pprova joħloq frame up fuq Chris Cardona. Dan qatt ma ġie miċħud, u wassal biex l-istess Cardona jitlob il-protezzjoni tal-Parlament – protezzjoni li ma ngħatatx.