Lokali

X’għandhom bżonn l-Ursolini tal-Creche?

Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Diċembru bejn l-16:30 u s-18:30 fil-kappella ta’ Santa Marija f’Ħaż-Żabbar (viċin fejn kien l-isptar St James) se ssir ġabra mis-sorijiet tal-Ursolini.

Fost affarijiet oħra, l-Ursolini tal-Creche għandhom bżonn donazzjonijiet ta’ ħalib tat-trabi, prodotti tal-ħasil għat-trabi, ikel tat-trabi, frott tal-vazetti, prodotti tal-ikel bħall-għaġin, bottijiet, gallettini, prodotti tal-ħasil u tal-ħwejjeġ.