Internazzjonali

Antti Rinne jirriżenja minn Prim Ministru tal-Finlandja

Mandatory Credit: Photo by PEKKA SIPOLA/EPA-EFE/Shutterstock (10490484m) Finnish Prime Minister Antti Rinne speaks at a press conference after handing in his letter of resignation to Finnish President Sauli Niinisto in Helsinki, Finland, 03 December 2019. The Finnish government is embroiled in a political crisis that has led to the Prime Minister's resignation just six months after begining of his term, after the Center Party withdrawed its support. The government has faced criticism because of its handling of the recent postal strike at state-owned Posti Group. Political crisis in Finland, Helsinki - 03 Dec 2019

Il-Prim Ministru tal-Finlandja, Antti Rinne, irriżenja mill-kariga wara li tilef l-appoġġ ta’ partit sieħeb fil-koalizzjoni,

Ir-riżenja, intant, xeħtet dubju fuq il-futur tal-alleanza li qed tiggverna lill-Finlandja. Dan meta l-Partit taċ-Ċentru qed jikkunsidra jekk jirtirax l-appoġġ għall-koalizzjoni attwali ( magħmulha minn ħames partiti) f’Helsinki, meta pass bħal dan kapaċi jwassal għal elezzjoni ġenerali bikrija fil-pajjiż.

Il-Partit taċ-Ċentru kien esprima rabja wara li l-Prim Ministru spiċċa akkużat dwar ‘gideb’ mill-Kap tal-Finland Post. L-akkuża kienet il-qofol ta’ tilwima fit-tul dwar riformi għall-pagi u l-kundizzjonijiet ta’ ħaddiema mas-settur tal-posta. L-istess Partit taċ-Ċentru anki kien esprima ‘dubji serji’ dwar il-mod kif Rinne ikkonfronta l-aħħar azzjonijiet industrijali kbar f’pajjiżu li damu għal ġimgħatejn.

Intant, il-President tal-Finlandja, Sauli Niinisto,aċċetta r-riżenja ta’ Rinne, Soċjal Demokratiku li kien ilu minn Ġunju jmexxi lill-Gvern taċ-ċentru-xellug.

Fl-aħħar sigħat, is-Soċjal Demokratiċi kienu qegħdin jaħsbu biex jaħtru successur biex jipprova jifforma Gvern ġdid – b’Sanna Marin, il-Ministru tat-Trasport u t-tieni l-aktar uffiċjal influwenti ta’ dan il-partit (wara Rinne) diġà tesprimi rieda li tidħol għal din ir-responsabbiltà.

L-analisti politiċi, intant, qalu li l-partiti fil-koalizzjoni tal-Finlandja x’aktarx li jaqblu biex ikomplu jamministraw ‘flimkien’ peress li mhux fl-interessi tagħhom li jwaqqgħu l-Gvern. L-aktar xenarju probabbli hu li l-koalizzjoni tkompli tmexxi lill-pajjiż, bl-istess programm tal-Gvern u, forsi, b’xi bidliet fil-Kabinett.

Ir-riżenja ta’ Antti Rinne, sadanittant, tibqa’ riżultat ta’ ġimgħat ta’ kriżi politika konnessa ma’ pjan biex madwar 700 ħaddiem tal-Finland Post — kumpanija li għandha lill-Istat bħala l-uniku azzjonist —  jissieħbu fi ftehim kollettiv dwar is-salarji ‘li jkun anqas vantaġġjuż għalihom’, bil-għan li l-kumpanija titjieb f’aspetti ta’ kompetittività.

Ikkummenta