Lokali

IL-FATTA tappella lil Muscat ma jħarisx lejn l-interessi personali tiegħu

L-assoċjazzjoni tal-aġenziji tal-ivjaġġar u tat-turiżmu, il-FATTA, qed tappella lill-Prim Ministru Joseph Muscat biex ma jpoġġix l-interessi personali tiegħu u dawk partiġġjani qabel l-interess tal-pajjiż.

Il-FATTA qalet dan permezz ta’ stqarrija li fiha esprimiet wkoll l-inkwiet tagħhom li minħabba dak kollu li għaddej f’pajjiżna tista’ tiġi affetwata l-ekonomija tal-pajjiż u allura żgur jintlaqt żgur is-settur turistiku.

Il-FATTA qalet wkoll li ħsara għall-istabilita’ tal-pajjiż, ir-reputazzjoni fuq livell internazzjonali kollha se nħossu l-effetti tagħhom jekk din is-sitwazzjoni politika preżenti tippersisti. Riżultat ta’ dan ikun li bħala pajjiż se nispiċċaw indumu biex nirkupraw.

L-istqarrija t-temm tgħid li l-FATTA qed tappella lil-Prim Ministru Joseph Muscat sabiex ma jirriżenjax 6 ġimgħat oħra imma jirriżenja fl-immedjat sabiex il-pajjiż jirritorna għan-normalita’.