Sport Sport Ieħor

FILMAT: Il-Portugall champions tad-dinja tal-beach soccer għat-tieni darba

(Ritratt: EPA)

Il-Portugall rebħet it-Tazza tad-Dinja għat-tieni darba wara li fil-finali rebħet 6-4 kontra l-Italja. Kienu t-Taljani li fetħu l-iskor b’gowl ta’  Zurlo iżda reazzjoni immedjata wasslet biex il-Portugall iddettaw il-logħba għal ħinijiet twal.

Leo Martins ġab id-draw fis-seba’ minuta u Jordan poġġa lill-Portugiżi minn fuq għall-ewwel darba fis-17-il minuta. Ftit tas-sekondi wara, Andrè għamilhom 3-1 u Jordan kompla jkabbar il-vantaġġ.

L-iskor sar 5-1 għal darba oħra permezz ta’ Leo Martins man-nofs siegħa logħob. L-Italja wettqet reazzjoni permezz ta’ gowls minn Ramacciotti u Josep, b’Jordan jiskorja t-tielet gowl personali u s-sitt wieħed għat-tim Portugiż. Ramacciotti naqqas id-distakk lejn it-tmiem.