Lokali

Il-President George Vella jindirizza lill-poplu

Malta jixraqilha aħjar.

Hekk temm il-messaġġ qasir tiegħu lin-Nazzjon, il-President ta’ Malta George Vella, fid-dawl tas-sitwazzjoni preżenti fil-pajjiż u t-talba tas-soċjetà ċivili biex il-Prim Ministru Joseph Muscat jerfa’ r-responsabbiltà politika tiegħu u jirriżenja.

Il-President qal li kull jum li jgħaddi, qed tkompli tikber il-pressjoni fuqu, għalkemm tenna l-limitazzjoni li ttih il-Liġi.

George Vella tenna l-appell għall-kalma u għall-għaqda għax b’hekk biss nistgħu nibdew it-triq għan-normalità.

Min-naħa l-oħra, innota t-tħassib li wasallu fl-aħħar sigħat, b’mod partikolari mingħand il-membri kollha tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD).