Lokali

“Is-sitwazzjoni f’Malta hi xokkanti” – L-MEP Jeroen Lenaers

Manfred Weber, iċ-Chairman tal-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew jagħti s-sostenn kollu tiegħu lill-Kap tal-PN Adrain Delia.

“Rajna ministri jirriżenjaw, Chief of Staff li hu involut fl-investigazzjonijiet b’rabta ma’ assassinju ta’ ġurnalista u qed naraw Prim Ministru f’Malta li għalih kollox qisu business as usual u ser iżomm postu għal numru oħra ta’ ġimgħat qisu xejn mhu xejn”

Sostna dan il-Membru Parlamentari Ewropew Jeroen Lenaers, li hu wkoll Viċi ko-ordinatur fil-Kumitat LIBE li saħaq li s-sitwazzjoni f’Malta, pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea, hi xokkanti u inaċettabbli.

Sostna wkoll li l-Kummissjoni Ewropea trid taġixxi dwar is-sitwazzjoni politika f’Malta u li l-Parlament Ewropew għandu jkompli jaħdem biex f’Malta ssir ġustizzja.

Il-kummenti li ta’ Lenaers qabel magħhom anke ċ-Ċhairman tal-Grupp Popolari Ewropew, il-PPE, Manfred Weber li f’post fuq Facebook fuq il-paġna tal-PPE saħaq li l-Kap tal-Oppożiżżjoni Adrain Delia għandu s-sostenn tiegħu.