Lokali

Konrad Mizzi mwissi wkoll mill-Kummissarju għall-Istandards

Ċanfira oħra lill-eks Ministru Konrad Mizzi waslet mill-Kummissarju għall-Istandards George Hyzler meta laqa’ l-ilment li d-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina kien fetaħ fil-konfront tal-eks Ministru tat-Turiżmu.

Hyzler qal li għandha tinżamm distrinzjoni ċara bejn mezzi ta’ komunikazzjoni personali ta’ Ministru u dawk uffiċjali ta’ Ministeru jew Dipartiment tal-Gvern, bir-riżorsi pubbliċi għandhom jintużaw biss fl-amministrazzjoni tal-mezzi uffiċjali.

Karol Aquilina kien ilmenta dwar kontenut ta’ natura partiġġjana f’paġna fuq Facebook li kienet tidher qisha paġna uffiċjali amministrata mill-Ministeru. Dan wara li l-paġna ta’ Konrad Mizzi stess kienet tiddikjara li din kienet qed titmexxa mill-Ministeru.

U minkejja li laqa’ l-ilment tad-Deputat Nazzjonalista kontra Konrad Mizzi, George Hyzle ma rrakkomanda l-ebda miżuri ulterjuri ladarba Mizzi rriżenja għal raġunijiet mhux relatati.