Lokali

L-Oppożizzjoni Nazzjonalista tibqa’ ma tipparteċipax fil-Parlament

L-Oppożizzjoni Nazzjonalista llum għal darb’oħra għażlet li ma tipparteċipax f’dibattiti fil-Parlament. Dan sakemm Joseph Muscat se jibqa’ jokkupa l-kariga ta’ Prim Ministru.

Fi stqarrija, il-PN qal illi Joseph Muscat huwa Prim Ministru lleġittimu li flok għażel li jirriżenja minnufih wara li daħħal lil pajjiżna f’waħda mill-ikbar kriżi politika għax baqa’ jiddefendi lil dawk qrib tiegħu, minflok irid li jibqa’ Prim Ministru biex ikun f’pożizzjoni li jikkontrolla l-investigazzjonijiet relatati mal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Il-PN qal illi b’Joseph Muscat fil-kariga ta’ Prim Ministru, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru li hija waħda mill-ogħla istituzzjonijiet f’pajjiżna se jibqa’ kkontrollata, u huwa ta’ xkiel biex issir ġustizzja, li trid tidher li qed issir.