Lokali

Lanqas Yorgen Fenech ma jrid lill-Maġistrat Nadine Lia tmexxi l-kumpilazzjoni

L-allegat mandat wara l-assasinju ta’ Daphne Caruana Galizia wkoll irid li l-Maġistrat Magistrate Nadine Lia tastjeni fil-kumpilazzjoni fil-konfront tiegħu, fis-smigħ skedat li jibda għada filgħodu.

Ftit tas-sigħat wara li l-familja tal-ġurnalista ppreżentaw rikors fil-Qorti fejn dawn talbu lill-Maġistrat Lia biex ma tismax il-każ u għalhekk jiġi assenjat quddiem Maġistrat differenti, issa talba simili saret mill-Avukati ta’ Yorgen Fenech.

Iż-żewġ talbiet saru f’anqas minn 24 siegħa minn meta bil-polza tela’ isem il-Maġistrat Lia biex quddiemha jinstema’ l-każ, fejn jidher li hija ma wriet l-ebda intenzjoni li tastjeni u fil-fatt sa issa l-każ għadu appuntat għal għada l-Erbgħa, fid-9am.

Ir-raġuni minn naħa taż-żewġ partijiet hija bbażati fuq kunflitt ta’ interess, u dan għaliex hemm rabta mal-uffiċċju tal-Prim Ministru, fejn l-Avukat Pawlu Lia, minbarra li huwa avukat tal-istess uffiċċju, jidher għall-ħafna mill-kawżi favur il-Partit Laburista u Gvern Laburista, u li dan jiġi l-kunjatu tal-Maġistrat Nadine Lia.

L-avukati Marion Camilleri u Gianluca Caruana Curran qed jassistu lil Yorgen Fenech.