Ronnie O’Sullivan se jiltaqa’ kontra Ding Junhui fir-raba’ rawnd tal-Kampjonat tar-Renju Unit wara rebħa ta’ 6-2 kontra Noppon Saengkham. Ding għeleb lil Ali Carter 6-4 wara li assigura r-rebħa bi break ta’ 116.
O’Sullivan kien qed jittama li jevita eliminazzjoni bikrija bħal dak li ġralu s-sid numru wieħed tad-dinja Judd Trump. Hu qed jipprova jikseb is-37 titlu ranking fil-karriera tiegħu.
L-Ingliż li qed jiddefendi t-titlu, rebaħ l-ewwel frame sakemm Saengkham ġab id-draw, f’dak li kien l-ewwel frame mitluf minn O’Sullivan f’dan it-tournament. Hu rnexxielu jtemm l-ewwel sessjoni b’vantaġġ ta’ 3-1 u bi break ta’ 97 ħa vantaġġ ta’ 5-2. Hu għalaq il-logħba meta rebaħ it-tmien frame li kien missielet.
Judd Trump kien eliminat wara li kien megħlub mis-sid numru 98 tad-dinja Nigel Bond. Trump kien 2-0 u 3-1 minn fuq sakemm Bond rebaħ ħames konsekuttivi u kiseb post mal-aħħar 16.
Bond li għandu 54 sena, kien is-sid numru ħamsa tad-dinja fl-1997 u qatt ma qabeż il-kwarti tal-finali fil-Kampjonat tar-Renju Unit. B’dan ir-riżultat, Trump naqas li jasal mal-aħħar tmienja f’dan it-tournament f’ħames okkażjonijiet.
Trump għamel breaks ta’ 52 u 114 biex mar 2-0 fil-vantaġġ u temm is-sessjoni 3-1 minn fuq. Iżda Bond rebaħ erba’ frames konsekuttivi u ħalla lil Trump 32 minuta mingħajr ma daħħal boċċa.
//= $special ?>