Lokali

Saviour Balzan jesprimi r-rabja tiegħu għal dak li qed jiġri f’Kastilja

Il-Prim Ministru għandu jirriżenja illum; wasalna f'sitwazzjoni iddisprata

Wara l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia sar attentat biex ikun hemm obstruction of justice. Dikjarazzjoni li saret illum mill-editur Maniġerjali tal-MaltaToday Saviour Balzan f’messaġġ li tpoġġa’ online – messaġġ illi juri biċ-ċar ir-rabja ta’ persuna li minn dejjem emmen f’Joseph Muscat.

Issa, Saviour Balzan qed jinsisti li Muscat irid jirreżenja immedjatament. Qal ukoll li l-pajjiż jinsab f’sitwazzjoni iddisprata.

Hu qal illi hemm bżonn azzjoni issa, u ma jistax ikun nistennew sa Jannar. “Jekk ma jsirx hekk se jkollna kaos, u diżastru fil-pajjiż”, sostna Saviour Balzan.