Lokali Qorti

Talba dwar referenza kostituzzjonali fil-konfront ta’ George Degiorgio mhux milqugħa

Il-Qorti tal-Maġistrati ma laqgħetx talba għal referenza kostituzzjonali li saret minn wieħed mill-allegati qattilela ta’ Daphne Caruana Galizia, li bħalissa qiegħed jiġi wkoll proċessat fuq ħasil ta’ flus.

Din id-deċiżjoni ngħatat mill-Maġistrat Joseph Mifsud following wara rikors li sa mill-Avukat ta’ George Degiorgio x-xahar li għadda, fejn huwa ried jieħu azzjoni fuq ġurament li kien preżentat mill-klijent tiegħu fuq proċeduri separati fil-kamp ċivili.

L-Avukat William Cuschieri argumenta li l-affidavit, li kien ittieħed fl-2013 kien sar qabel ma l-investigazzjonijiet u l-proċeduri kriminali kien bdew, u li dan impinġa fuq d-dritt ta’ Degiorgio li jżomm is-silenzju biex għalhekk spiċċa biex il-Prosekuzzjoni użawh b’mod konvenjenti biex joskuraw lill-akkużat li kellu d-dritt ma jwieġibx domandi waqt l-interogazzjoni.

Għaldaqstant l-Avukat Cuschieri qal li l-preċentazzjoni tal-affidavit kiser id-dritt tal-akkużat għal smigħ xieraq, u dan kien inhu salvagwardjat taħt l-artiklu 6 tal-konvenzjoni Ewropea, li tgħid li kien qed jinkiser il-privileġġ li għandu, dik li ma jwieġibx minħabba li seta’ jinkrimina lilu nniffsu.

George Degiorgio qed jiffaċċa akkużi ta’ ħasil ta’ flus flimkien ma’ ħuh Alfred, u s-sieħba tiegħu, Anca Adelina Pop, wara li nvestigazzjonijiet dwar l-assasinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia sentejn ilu kienet qajjmet suspett dwar il-mod ta’ ħajja lussuża kienu qegħdin jgħixu l-aħwa.

Minkejja li ż-żewġt irġiel kienu kkonfermaw fil-Qorti li ma jaħdmux, li ma bagħtux il-komjutazzjoni tata-taxxa u li kellhom kontijiet il-bank mhux attività, mingħajr l-ebda flus fihom, il-ħajja tagħhom, li kienet tinkludi karozzi lussużi u dgħajjes ta’ lussu, kienet tagħti stampa ferm differenti.

Meta kienu qegħdin isiru l-aħħar sottomissjonijiet waqt smiegħ preċedenti, l-Avukat fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, Elaine Mercieca Rizzo argumentat li l-affidavita kien hemm l-ebda ksur ta’ liġi li l-Prosekuzzjoni billi tippreżenta dan id-dokument fil-proċeduri kriminali preżenti.

L-Avukat Mercieca Rizzo għamlet referenza għal sentenza mogħtija mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-każ Van Vondel kontra l-Olanda, fejn il-Prosekuzzjoni argumentat li l-użu ta’ dikjarazzjonijiet mill-akkużat ma kisret l-ebda dritt tiegħu għas-silenzju.

Fis-senteza mogħtija l-Qorti osservat li f’dawn iċ-ċirkostanzi l-Qorti ‘ma kinitx imsejjħa, ħal referenza kostituzzjonali hijiex frivola jew vessatorja. Biex tali talba tkun legalment ġustifikata, l-każ imqajjem jekk ma jiġix solvut jispiċċa biex joħloq ostakla għall-kontinwazzjoni tal-proċeduri u deċiżjoni finali fuq il-merti, ddikjara l-Maġistrat.

F’dan il-każ, ma kien ‘hemm l-ebda ħtieġa biex il-Qorti tistenna li l-Qorti Kostituzzjonali tirriżolva l-każ qabel ma tkompli tisma’ l-kaċ fuq il-mertu tagħha,” qalet il-Qorti tal-Maġistrati, fejn esprimiet opinjoni li jekk il-każ jitqajjem f’dan l-istadju, jispiċċa frivolu u vessatorju.

Kien għalhekk li kienet miċħuda t-talba ta’ Degiorgio u ordnat biex il-proċeduri jitkomplew. Il-Qorti aġġornat il-każ għal Frar li ġej. Is-Supretendent Antonovitch Muscat mexxa l-Prosekuzzjoni filwaqt li l-Avukat David Gatt deher għal Pop.