Lokali

Talba lill-Maġistrat Nadine Lia biex tastjeni mill-kumpilazzjoni ta’ Yorgen Fenech minħabba kunflitt ta’ interess

Il-familja ta’ Daphne Caruana Galizia għamlu talba fil-Qorti biex il-Maġistrat Nadine Lia tastjeni mill-każ u ma tismax il-kumpilazzjoni assenjata lilha fil-konfront ta’ Yorgen Fenech li qed jiġi mixli b’rabta mal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Huma għamlu dan minħabba każ ta’ kunflitt ta’ nteress ċar.

Ir-rikors jgħid li mhux talli l-Maġistrat Nadine Lia ma astjenitx mill-każ, iżda appuntat il-kawża għal għal għada l-Erbgħa fid-9.00 am. u dan meta l-akkużat u l-provi u x-xhieda diġa’ huma magħrufa fid-dominju pubbliku u kollox huwa marbut mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, mal-Prim Ministru u mal-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru, li tagħhhom il-kunjatu tal-Maġistrat Lia huwa konsulent legali u difensur.

Ir-raġel tal-vitmma, l-Avukat Peter Caruana Galizia u uliedha Matthew, Andrew u Paul ippreżentaw rikors fil-Qorti tal-Maġistrati fejn qalu li wara li ġew infurmati li l-Maġistrat Nadine Lia se tisma’ l-kumpilazzjoni u stennew li kienet se tastjeni, minħabba li kull Maġistrat għandu l-obbligu li jara li l-Ġustizzja trid tidher li qed issir, iżda minn dan ma sar xejn.

Ir-rikors jgħid li kif inhu magħruf u maqbul, il-ġustizzja trid tidher li qed issir kif għamlet dak iż-żmien Maġistrat, u llum Imħallef Consuelo Scerri Herrera, meta kienet rikużat ruħha fuq talba tal-familja Caruana Galizija, l-għada tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Għaldaqstant il-familja Caruana Galizia qed titlob lill-Maġistrat Nadine Lia immedjatament tastjeni jew tirrikuża ruħa mill-tippresedi din il-kumpilazzjoni u tibgħat lura minnufih l-atti kollha dwar il-każ. Ir-rikors ġie ffirmat mill-Avukati Jason Azzopardi, Therese Comodini Cachia u Eve Borg Costanzi.