Lokali

Vettura tal-Pulizija involuta f’ħabta

Żewġ sewwieqa ħelsuha ħafif wara ħabta kerha li seħħet illejla f’Ħal Balzan, fit-triq ewlenija li twassal lejn il-Palazz ta’ San Anton.

Il-każ seħħ ftit wara t-8pm.

Fl-inċident kieku involuti karozza tal-għamla Mazda u vettura tal-Pulizija. Net News hu nfurmat li s-sewwieqa ġarrbu ġrieħi ħfief.

Dwar dan il-każ għaddejjin aktar stħarriġ.

Ikkummenta