Lokali

Sewwieq ta’ mutur l-isptar wara inċident f’Ħal Far

Żagħżugħ ta’ 24 sena ttieħed l-isptar wara ħabta bejn mutur u vann fi Triq Ħal Far, Ħal Far.

L-inċdent seħħ għall-ħabta tat-3pm. Il-mutur tat-tip Benelli u l-vann tat-tip Ford Transit kienu sejrin fl-istess direzzjoni meta seħħet il-ħabta.

Is-sewwieq tal-mutur, li hu mill-Qrendi ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. Ir-raġel ta’ 30 sena residenti ż-Żurrieq, li kien qed isuq il-vann ma sofra l-ebda ġrieħi.

It-triq ingħalqet għal xi ħin miż-żewġ naħat waqt li sar appell mill-pulizija biex kemm jista’ jkun din it-triq tiġi evitata u jintużaw toroq alternattivi.