Lokali

300 AKKADEMIKU JGĦID LIL MUSCAT: Jirreżenja jew jitneħħa immedjatament

L-akkademiċi tal-Università ta’ Malta qed isegwu dak li qed jiġri f’Malta b’rabta mal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, korruzzjoni u ħasil ta’ flus istituzzjonalizzati.

L-akkademiċi jħossu li dawk afdati fl-ogħla strutturi tal-poter ittradew b’mod mill-aktar goff il-fiduċja taċ-ċittadini Maltin u tal-komunità internazzjonali.

F’dan il-kuntest jeżiġu li Joseph Muscat għandu jirreżenja jew jitneħħa immedjatament. Dan sabiex l-investigazzjonijiet ikunu jistgħu jimxu bla ebda xkiel mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Din l-istqarrija kienet iffirmata minn 304 akkademiċi.