Lokali

9 żgħażagħ li ppjanaw li jiġu Malta rappurtati nieqsa: Mhux eskluż li għerqu jew inħatfu

Ikomplu joħorġu iktar dettalji dwar każ ta’ żagħżugħ li Net News, il-ġimgħa li għaddiet, irrapporta li kien mitluf waqt li suppost kellu jasal f’pajjiżna.

Dan is-sit għamel kuntatt ma’ ħbieb ta’ dan iż-żagħżugħ, Rayen Ghobantni li ħandu biss 17-il sena, li spjegawlna kif hu ħalla l-gżira Afrikana ta’ Djerba fit-30 t’Ottubru li għadda, flimkien ma’ tmien żgħażagħ oħra.

L-intenzjoni tagħhom kienet li jaħarbu minn pajjiżhom biex bħala immigranti jaqsmu l-Mediterran, possibbilment lejn Malta, bl-iskop li jibdew ħajja ġdida fl-Ewropa.

Madankollu l-qraba u ħbieb tagħhom, sa minn dakinhar, baqgħu bla aħbarhom. Dan bil-konsegwenza li ma jafux jekk hux jinżammu f’xi kamp fil-Libja, għerqux fil-baħar Mediterran jew inkella waslux sa Malta u għadhom mhux identifikati.