Sport Sport Ieħor

Djokovic se jibda jipprepara għall-istaġun il-ġdid b’tournament f’Abu Dhabi

(Ritratt: EPA)

Novak Djokovic se jibda l-preparazzjoni kompetittiva tiegħu għall-istaġun il-ġdid f’Abu Dhabi hekk kif se jieħu sehem fil-Kampjonat tad-Dinja ta’ Mubadala. Dan it-tournament se jintlagħab bejn id-19 u l-21 ta’ Diċembru u wara jirrappreżenta lis-Serbja fl-ATP Cup fl-Awstralja fil-bidu tas-sena.

Is-Serb ta’ 32 sena li rebaħ l-Open tal-Awstralja għal rekord seba’ darbiet din is-sena, jasal f’Adelaide fejn se jikkompeti f’tournament ATP bejn it-12 u t-18 ta’ Jannar. L-Open tal-Awstralja hu l-ewwel Grand Slam tal-2020 u jsir f’Melbourne Park bejn l-20 ta’ Jannar u t-2 ta’ Frar.