Lokali Parlament

Evarist Bartolo mhux parti mill-‘familja waħda’

Wara li llum l-Parlament ġie aġġornat għall-vaganzi tal-Milied, il-Grupp Parlamentari Laburista ħaseb biex jieħu ritratt tal-okkażjoni.

Iżda meta wieħed iħares sew lejn dan ir-ritatt, jinnota li tħallew barra l-Ministri Evarist Bartolo u Joe Mizzi. Evarist Bartolo dan l-aħħar qed ikun ferm kritiku għas-sitwazzjoni li bħalissa pajjiżna jinsab għaddej minnha.

Lejn in-naħa tal-lemin tar-ritratt, fir-rokna jidhru Evarist Bartolo u Joe Mizzi, li b’kumbinazzjoni jew le tħallew barra mir-ritatt għax apparentament kienu involuti f’xi ħaġa oħra fil-ħin li ttieħed dan ir-ritratt.