Lokali Parlament

Il-Gvern japprova l-Budget WAĦDU fil-Parlament…u jaġġorna għal Jannar

Waħdu fil-parlament, dalgħodu l-Gvern Laburista ta’ Joseph Muscat qed japprova l-estimi tal-budget għall-2020 u aġġorna l-parlament għall-20 ta’ Jannar 2020.

Id-deċiżjoni li dawn il-voti jittieħdu llum, meta l-Oppożizzjoni mhix fil-Parlament, ittieħdet mill-gvern Laburista propju wara li l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ħabbar fil-parlament li sakemm Joseph Muscat jibqa’ prim ministru l-Oppożizzjoni mhix se tattendi għas-seduti tal-Parlament.

Intant permezz ta’ post fuq Facebook qal kieku l-PM Muscat ried ikun tassew rispettuż, l-ewwel lejh bħala deputat, seta’ sejjaħ biex il-parlament jibda fil-11.00am.

Huwa qal li żgur li mhux rispettabbli lejh li l-PM Muscat sejjaħ il-parlament fil-ħin tal-funeral ta’ missier Edwin Vassallo. Huwa tenna li kieku hu ried imur għas-seduta Parlamentari, kieku kellu jitlaq mill-funeral ta’ missieru.

“Sur Gvern tliftu r-rispett lejkom infuskom u ma jistax ikun li jkollkom la rispett lejn deputati bħalkom u lanqas lejn missieri”

Huwa qal li kieku vera ried li jsir rispett kieku l-Parlament kien jitlaqa’ wara l-11am, madankollu l-kelma rispett fil-vokobularju tal-Gvern hija biss “fake”.