Lokali

IKKONFERMATA: Melvin Theuma ġie impjegat mal-Gvern fl-1 ta’ Mejju 2017

Tasal il-konferma… Melvin Theuma kien verament impjegat mal-Gvern b’kuntratt Full Time indefinit.

Informazzjoni li kiseb Xarabank turi li Theuma ġie mpjegat mal-Gvern fl-1 ta’ Mejju 2017. Huwa ġie impjegat mal-kumpanija Housing Maintenance and Embellishment Co. li hija kumpanija tal-Gvern.

Dan kollu jgiddeb l-istqarrija li ħarġet iktar kmieni mill-Gvern.

Dalgħodu fil-Qorti Melvin Theuma qal li hu kien ingħata job mal-Gvern …ftit ġimgħat qabel l-elezzjoni ġenerali, iżda qatt ma rrapporta għax-xogħol – job falz li ngħata lilu wara l-laqgħa ma’ Keith Schembri…u li għalih tħallas b’xi 4 ċekkijiet minn Kastilja.