Lokali

Ikomplu l-laqgħat mad-Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew

Illum qed ikomplu l-laqgħat li d-Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew qed jagħmlu f’pajjiżna sabiex jistħarrġu s-saltna tad-dritt wara l-iżvilupp fl-investigazzjonijiet relatati mal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Wara li lbieraħ kellhom laqgħat mal-Prim Ministru, mal-Avukat Ġenerali, mal-Kummissarju tal-Pulizija u mal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, illum qed jiltaqgħu ma’ organizzazzjonijiet mhux governattivi, mal-ġurnalisti u rappreżentanti ta’ Daphne Project. Aktar tard huma minstennija jiltaqħu wkoll mal-Kamra tal-Avukati kif ukoll ma’ membri mid-Dipatiment tal-Media fl-Universita ta’ Malta.

Fejn imbagħad għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranosinhar mistennija ssir konferenza tal-aħbarijiet sabiex tingħata iktar informazzjoni dwar dak li kien diskuss.