Lokali

“Il-klima politika li qed ngħixu fiha ħolqot sens qawwi ta’ instabbiltà u rabja” – Il-Kamra tal-Psikologi

Il-Kamra tal-Psikologi f’Malta tħeġġeġ lill-awtoritajiet, uffiċjali pubbliċi u politiċi sabiex ipoġġu l-benessri mentali, emozzjonali u psikoloġiċi tan-nazzjon fuq quddiemnett ta’ kull deċiżjoni li jagħmlu.

Fi stqarrija huma saħqu li l-klima politika li qed ngħixu fiha ħolqot sens qawwi ta’ inkwiet, inċertezza, instabbiltà, rabja u biża’ f’pajjiżna. Dan kollu qed joħloq sens ta’ tradiment u dgħjufija u jista’ jikkawża riperkussjonijiet psikoloġiċi, speċjalment fuq dawk suxxettibbli għall-ansjetà u d-dipressjoni.

Saħqu li qed nirrisskjaw li dan kollu jkollu impatt fit-tul fuq il-benesseri tan-nazzjon tagħna u għalhekk is-sitwazzjoni għandha tirritorna għan-normal mill-iktar fiss.

Il-Kamra tħeġġeġ lin-nies fil-poter sabiex jaġixxu fl-aħjar interess tan-nazzjon biex malajr terġa’ tirrneja l-istabbiltà u l-unità, u biex tibda proċess ta’ fejqan tal-ħsara li diġà saret b’mod kollettiv.