Lokali

Il-Ministru responsabbli mill-impjieg falz li ngħata lil Theuma illum għandu lill-Pulizija taħtu

Il-Ministru Michael Farrugia mistoqsi minn NET News

Il-Ministru Michael Farrugia – issa ministru responsabbli mill-Pulizija, kien il-ministru responsabbli tal-ministeru li ngħata impjieg miegħu l-intermedjarju fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, Melvin Theuma.

Dan ġie żvelat mis-sit LovinMalta fejn fl-aħħar sigħat sar magħruf li fl-1 ta’ Mejju, 2017 – festa pubblika u l-jum fejn Joseph Muscat ħabbar l-elezzjoni ġenerali, Theuma ngħata kuntratt tax-xogħol mal-Ministeru tal-Familja, proprju l-Ministeru li tiegħu kien responsabbli l-istess Farrugia.

Kelliema li huma qrib il-Partit Laburista u żvelaw ma’ LovinMalta li kollox qed jiġi f’postu u jagħmel sens l-għaliex tabib tal-familja tqiegħed minn Muscat responsabbli mis-servizzi sigrieti u l-Korp tal-Pulizija.

Fix-xhieda tiegħu dalgħodu Melvin Theuma saħaq li sal-lum ma kellux idea l-impjieg li ngħata fiex kien jikkonsisti. Theuma spjega li l-impjieg ingħatalu wara li ltaqa’ mal-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru Joseph Muscat, Keith Schembri – u rċieva numru ta’ ċekkijiet fix-xahar minkejja li qatt ma ħadem siegħa xogħol.