Lokali

Mara tweġġa’ wara impatt ma’ vettura pparkjata

Mara ta’ 32 sena residenti r-Rabat, Għawdex, ittieħdet l-isptar għall-kura wara inċident f’Burmarrad. Il-każ seħħ għall-ħabta tat-15:00.

L-inċident seħħ meta l-mara, li kienet qed issuq vettura tat-tip Honda Fit, kellha impatt ma’ vettura li kienet ipparkjata. Dan bil-konsegwenza li l-vettura tagħha nqalbet.

Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara lejn l-Isptar Mater Dei. Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa għalkemm l-ewwel indikazzjonijiet huma li ma sofrietx ġrieħi serji.