Lokali

Joseph Muscat għandu jitlaq illum qabel għada biex jieqaf jagħmel ħsara lil pajjiżna

Il-konferma li Kastilja stess tat lill-midja li Joseph Muscat kien għadu qed jikkomunika mas-sid ta’ 17 Black, li huwa s-suspettat mandant tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, meta dan kien diġà suspettat mill-Pulizija, tikkonferma l-qrubija li Joseph Muscat kellu ma’ persuni li allegattament huma kriminali.  

Fil-jiem li għaddew il-midja żvelat ukoll kif l-eks Chief of Staff Keith Schembri kien jattendi għal-laqgħat tas-Servizzi Sigrieti u kien intalab biex ma jibqax imur. Din hija konferma oħra li Joseph Muscat kien jippermetti aċċess għal informazzjoni importanti lil persuni sensittivi.  

FI stqarrija, il-Partit Nazzjonalista nnota li quddiem dan kollu, Joseph Muscat m’għandux triq oħra ħlief li jitlaq minn Prim Ministru llum qabel għada biex jieqaf jagħmel ħsara irreparabbli lil pajjiżna.

“Il-pożizzjoni ta’ Joseph Muscat mhix aktar tenibbli u l-pajjiż ma jiflaħx jibqa’ jara r-reputazzjoni tinżel aktar ‘l isfel. Malta mhux korrotta, l-Maltin mhumiex korrotti imma għandna Gvern maħtuf u ostaġġ tal-kriminali.”