Futbol Sport

Klopp jagħti ħjiel għal akkwisti f’Jannar

(Ritratt: EPA)

Il-manager ta’ Liverpool Jurgen Klopp qal li hu miftuħ li jagħmel xi akkwisti f’Jannar hekk kif saħaq li l-klabb hu dejjem lest fis-suq tat-trasferimenti. Din id-dikjarazzjoni tasal wara li l-manager ta’ Manchester City Pep Guardiola kkonferma li mhu se jakkwista l-ebda plejer f’Jannar, anki jekk għandu nuqqas ta’ għażliet fiċ-ċentru tad-difiża.

Mistoqsi jekk hux sorpriż dwar il-kummenti ta’ Guardiola, Klopp qal li hu mhux qiegħed hemm biex jiddiskuti x’se jagħmlu Manchester City fis-suq tat-trasferimenti. Ħafna managers ma jkunux lesti li jagħmlu akkwisti f’Jannar minħabba ċ-ċifri għolja aktar mis-soltu, iżda Klopp mhux konvint li hemm differenza reali ma’ dak li jiġri fis-sajf.

Klopp iżda mhux kuntent bis-suq tat-trasferimenti li jagħlaq qabel il-bidu tal-Premier League. “Dan jagħmilha vera diffiċli. Irridu naraw kif se taħdem fil-futur iżda s-suq tat-trasferimenti fis-sajf hu ta’ dannu għall-klabbs Ingliżi u ma jgħinhomx.

Fost l-akkwisti f’Jannar ta’ Klopp, jispikka dak tas-sena l-oħra meta kien akkwista lid-difensur Virgil van Dijk mingħand Southampton għal madwar €80 miljun.