Internazzjonali

L-Afganistan: Jinqatlu tabib Ġappuniż u ħamsa oħra

Tetsu Nakamura speaks at a meeting reporting about Afghanistan's draught problem in Fukuoka, Japan in this photo taken by Kyodo November 16, 2018. Picture taken November 16, 2018. Mandatory credit Kyodo/via REUTERS Mandatory credit Kyodo/via REUTERS ATTENTION EDITORS - THIS IMAGE WAS PROVIDED BY A THIRD PARTY. MANDATORY CREDIT. JAPAN OUT.

Tabib Ġappuniż li kien iddedika ħajtu lis-servizzi biex itejjbu l-ħajja għall-Afgani miet, ftit wara li kien spiċċa ferut waqt attakk fil-belt ta’ Jalalabad, lejn il-Lvant tal-pajjiż.

Grupp ta’ irġiel armati kienu fetħu n-nar fuq it-tabib, Tetsu Nakamura, meta hu kien qed jivvjaġġa, b’karozza, lejn sit biex isegwi proġett ta’ fejda. Mat-tabib – li kien imexxi entità karitatevoli tal-Ġappun bl-isem Peace Japan Medical Service – mietu wkoll talanqas ħames Afgani.

L-ebda grupp ma assuma responsabbiltà għall-qtil tat-tabib li ftit ilu kien ingħata ċittadinanza Afgana onorarja ( mingħand il-Gvern tal-Afganistan) b’rikonoxximent għall-ħidma umanitarja li kien qed jagħmel f’dan il-pajjiż.

L-iskop wara l-attakk qattiel baqa’ mhux ċar, bil-Prim Ministru tal-Ġappun, Shinzo Abe, jesprimi xokk u niket għall-aħbar tal-mewt ta’ Nakamura. Dan waqt li l-Ambaxxata Amerikana f’Kabul ikkundannat il-qtil tat-tabib u insistiet li ‘il-ħaddiema tal-għajnuna mgħandhom qatt jispiċċaw mira ta’ vjolenza’.

Espressjoni oħra ta’ kundanna għal dan il-qtil ingħatat mill-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Għajnuna lill-Afganistan (UNAMA).