Lokali

“Muscat għandu jirriżenja immedjatament” – Cyrus Engerer

F’post fuq il-media soċjali Engere appella lill-Prim Ministru Joseph Muscat biex jirriżenja immedjatament. Cyrus huwa l-istesss pesuna li ftit taż-żmien ilu kiteb il-bijografija ta’ Muscat.

“Iva, għedt lill-PM li kellu jirriżenja kemm internament u anke pubblikament”. Huwa żied jgħid li “Minn dak kollu li ħareġ jidher ċar lil-pajjiż u l-Partit Laburista ġie tradut minn Konrad Mizzi u Keith Schembri”.

Cyrus Engerer qal ukoll li kien ilu ġimgħat sħaħ jisħaq li Konrad Mizz u Keith Schembri kellhom jirriżenjaw.

Saħaq ukoll li dan huwa mument fejn huwa normali li l-Maltin ikunu rrabjati għal dak kollu li qed jiġri f’pajjiżna.