Lokali

Pressjoni kbira minn Fenech biex tinqatel DCG

Melvin Theuma, il-persuna li ngħatat l-proklama li bħalissa qed jixhed fil-Qorti qal li Yorgen Fenech għamillu pressjoni kbira biex jinforma repetutament il-qattiela, biex malajr kemm jista’ jkun jeħilsu mill-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Sadanittant Daphne Caruana Galizija kienet se tinqatel ftit qabel, iżda meta marru biex iwettqu l-omiċidju, kien hemm ‘road block’ tal-Pulizija, u l-pjan sfaxxa. Ir-raġuni wkoll li Yorgen Fenech, kien mgħaġġel biex il-ġurnalista tiġi eliminata kien peress li Fenech kien konxju li kienet se toħroġ storja fuqu mill-ġurnalista.

Meta kien qed jixhed fil-kumpilazzjoni tal-aħwa Alfred u Vincent Degiorgio kif ukoll ta’ Vince Muscat, li jinsabu akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, Theuma qal li Yorgen Fenech kien ukoll ċempillu u qallu li Sandro Craus, li jaħdem fl-uffiċċju tal-Prim Ministru kien ċempillu u qallu li kellu appuntament ma’ Keith Schembri – u biex imur l-għada ħalli jkellmu.

Sadanittant kien Sandro Craus, is-Sindku Laburista tar-Rabat li jaħdem f’Kastilja, illi laqqa’ lill-‘middleman’ Melvin Theuma ma’ Keith Schembri. Jidher li b’kollox Melvin Theuma kellu żewġ laqgħat mal-eks Chief of Staff ta’ Muscat; waħda f’Kastilja u l-oħra Ħaż-Żebbuġ fejn kellhom ikla flimkien.

Dawn id-dettalji ġodda ħarġu fil-Qorti, fil-kumpilazzjoni kontra Alfred u George Degiorgio u Vincent Agius,fejn kien konfermat li Theuma kien ingħata job mal-Gvern. L-aħwa Degiorgio u Muscat qegħdin jiġu akkużati bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Jidher li anke l-famuż ritratt li ħadu Keith Schembri u Melvin Theuma f’Kastilja, ittieħed mill-istess Sandro Craus. Schembri minn naħa tiegħu dawwar lil Theuma mal-uffiċini ta’ Kastilja u anke offrielu kafe’.

Meta kien qed jixhed fil-kumpilazzjoni – Theuma qal li Yorgen Fenech kien ukoll ċempillu u qallu li Sandro Craus, li jaħdem fl-uffiċċju tal-Prim Ministru kien – ċempillu u qallu li kellu appuntament ma’ Keith Schembri – u biex imur l-għada ħalli jkellmu.

Theuma qal li hu kien mar Kastilja u sab lil Keith Schembri jistennih fit-taraġ. Ħa kafe miegħu u wara qagħad idawwru ma’ Kastilja, Wara qallu biex imur il-Ministeru ta’ faċċata tat-teatru mwaqqa u hemm kellu jkun hemm xi ħadd, li jirranġala għal impieg.

Ix-xhud qal li minkejja li hu qalilhom li ma jistax jaħdem għax diġa għandu x-xogħol, peress li jaħdem bħala xufier tat-taxi, staqsewh jekk kienx jaf jibgħat email…..u wieġeb fl-affermattiv. Wara għal madwar erba’ jew ħames darbiet beda jirċievi ċekk tal-paga, mingħajr qatt ma resaq lejn ix-xogħol. Dan iżda kien waqaf kollu ħesrem.

Fil-Qorti ħareġ ukoll illi Yorgen Fenech allegatament qal lil Melvin Theuma “ara jiġrix bħal Romeo Bone u tibqa’ ħajja”. Dan b’referenza għall-perijodu meta kien qed jitħejja l-pjan biex issir il-bomba tal-karozza ta’ Caruana Galizia.

L-attentat fuq il-ħajja ta’ Romeo Bone kien sar fi Frar tal-2017 meta l-karozza li kien qiegħed isuq splodiet fl-Imsida. Bone kien baqa’ ħaj, u tilef saqajh – wara dan l-attentat li sar fuqu, u rkupra sew minnu tant li illum reġa’ qed jimxi.

Fit-testimonjanza tiegħu, Melvin Theuma qal illi inħakem minn biża’ malli sar jaf mill-aħbarijiet illi kienet inqatlet Daphne Caruana Galizia.
U spjega b’mod ċar illi kien Yorgen Fenech li pjana dan l-assassinju, ftit xhur biss qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2017. Iżda malli tħabbret id-data tal-elezzjoni, Fenech kien qalilhom biex iżommu kollox għalissa.

Punt ieħor li ħareġ mix-xhieda ta’ Theuma kien li Alfred Degiorgio kien staqsih dwar fejn tiffrekwenta Caruana Galizia. Meta huwa staqsa lil Theuma dwar dan li Fenech qallu li hi tiffrekwenta ħanut tal-kafè fin-Naxxar u ristorant fir-Rabat.

Imbagħad huwa għadda din l-informazzjoni lil Alfred Degiorgio. Degiorgio ta ‘mobile phone’ lil Theuma, u wissieh biex ma jmurx taħt it-tinda tal-patata. Kellu biss in-numru ta’ Alfred Degiorgio fuq dan l-apparat u li darba minn fuqu kien ukoll ċempillu minn ‘Eurodisney’ f’Pariġi – fejn kien mar mat-tifel tiegħu li kellu l-‘birthday’.

Theuma qal ukoll li hu ħass li ma kienx veru li Vince Muscat kien qed jitkellem mal-Pulizija. Beda jissuspetta dan peress li Fenech u Schembri kienu qrib ħafna, u qal li hu ħaseb li kienu qed jippruvaw li jarrestaw lilu minflok‘Sieħbu u mhux sieħbu, hekk kien jgħid fuqu’, qal Theuma.

It-Tnejn ta’ wara li ħareġ ir-riżultat elettorali, dejjem skont Theuma, Yorgen Fenech kien tah €150,000 f’envelope u qallu “dawn għad-delitt”. Ħareġ ukoll illi Yorgen Fenech kien jaf bir-raid li sar fil-Marsa madwar tliet ijiem qabel dan seħħ, u li wassal għall-arrest tal-aħwa Degiorgio u Vince Muscat. Fenech kien fil-fatt informa lil Melvin Theuma li l-Pulizija kienu se jirrejdjaw lis-suspettati.

Waqt ix-xiehda, Melvin Theuma qal li b’mod regolari kien jgħaddi flus lit-tliet suspettati. Fenech kien saħansitra ħallas vaganza ta’ €5,000 lil Melvin Theuma u l-familja tiegħu minħabba li rah taħt stress kbir.

Melvin Theuma, qal li Yorgen Fenech għamillu pressjoni kbira biex jinforma repetutament il-qattiela, biex malajr kemm jista’ jkun jeħilsu mill-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Sadanittant Daphne Caruana Galizija kienet se tinqatel ftit qabel, iżda meta marru biex iwettqu l-omiċidju, kien hemm ‘road block’ tal-Pulizija, u l-pjan sfaxxa. Ir-raġuni wkoll li Yorgen Fenech, kien mgħaġġel biex il-ġurnalista tiġi eliminatà kien peress li Fenech kien konxju li kienet se toħroġ storja fuqu mill-ġurnalista.

Feġġ ukoll l-isem ta’ Mario Degiorgio, it-tielet minn fost l-aħwa Degiorgio illi regolarment kien jagħmel talbiet għal flus lil Fenech – tramite Malvin Theuma – fejn f’okkażjoni minnhom riedu €30,000 biex iħallsu lill-avukati. F’okkażjoni oħra, skont Theuma, Yorgen Fenech xtara kelb lil Mario Degiorgio li jiswa’ €5,000 u kien anke jixtrilhom il-laħam u ġbejniet.

Mix-xhieda ta’ Theuma ħareġ ukoll li Yorgen Fenech kien avża lil Theuma dwar ir-rejd li kellu jsir fil-5 ta’ Diċembru. Theuma staqsa jekk setax jinforma lil Degiorgio, u Fenech ikkonfermalu li jista’ jagħmel dan. Hu mbagħad informa lil Degiorgio dwar ir-rejd li kellu jsir.ż

Ix-xhud qal ukoll li l-akkużati kienu talbu €5,000 żejda minħabba l-ispejjeż tat-tromba li kienu xtraw u dawk relatati mal-kiri tal-karozza. It-tromba kienu xtrawha biex tiġi segwita Daphne, faċċata tad-dar tagħha fil-Bidnija.

Kien għalhekk huwa qal li minflok għaddielhom €120,000 li kien baqa’, Hu għaddielhom total ta’ €125,000, u dan fi flus kontanti. Qal li hu kien ftiehem mal-aħwa Degiorgio u tahom il-bqija tal-flus fil-garaxx tiegħu stess f’Wied il-Għajn.

Żied jgħid ukoll li xi 15-il ġurnata wara, Fenech ċempillu biex jiltaqa’ miegħu quddiem ix-‘showroom’ tat-Toyota Ħaż-Żebbuġ u qallu li l-investigaturi kienu sabu l-messaġġ li wassal għall-isplużjoni.

Theuma sostna wkoll li hu beda jħallas €300 fil-ġimgħa wara li t-tliet irġiel ġew arrestati u dan “biex ikollhom xi ħaġa”. Hu kien jagħti l-flus lil ċertu Lolly mill-Ħamrun, li kien jagħti l-flus lit-tifla ta’ Muscat u x’aktarx lil ħu Degiorgio l-ieħor.

Melvin kompla fix-xhieda tiegħu li ġimgħa qabel ir-rejd fuq Theuma, Fenech kien qed jagħmel programm ta’ rijabilitazzjoni tad-droga, minħabba li hu għandu l-vizzju tal-kokaina.

Mart George Degiorgio kienet talbet għal €60,000 għall-libertà proviżorja. Fenech qallu li ftehim kien li l-flus kienu se jingħatawlu jekk il-Qorti tilqa’ t-talba għall-ħelsien mill-arrest.

Mart Degiorgio kellha l-ħsieb li titrasferixxi l-flus f’kont barrani sabiex tevita milli tiġi mistoqsija dwar minn fejn ġew il-flus. Ix-xhud qal li Fenech kien tah €20,000 meta ġie lura minn vaganza minn Pariġi, liema flus kienu għal dawk li wettqu l-qtil.

“Jien ma ħadtx ċenteżmu mill-kuntratt tal-qtil,” Theuma qal fil-Qorti. “Kont viċin ħafna ta’ Fenech. Messek tistaqsini kemm kelli noħroġ flus.” qal fil-Qorti l-‘middleman’.

Il-kumpilazzjoni se tkompli nhar il-Ħamis, 12 ta’ Diċembru fejn Theuma se jkompli jirrispondi għad-domandi tal-investigatur l-Ispettur Keith Arnaud – u l-każ ikompli fis-7 ta’ Jannar li ġej fejn mistenni jkompli jixhed fil-każ.