Sewwieq ta’ mutur jista’ jgħoddha b’waħda hekk kif fortunatament ma sofriex ġrieħi f’inċident fil-Mosta.
Il-każ seħħ qrib il-pont tal-Mosta, meta seħħ impatt bejn vettura privata u l-mutur. Konsegwenza tal-impatt, il-mutur inqaleb.
Minkejja dan, ix-xufier tal-mutur ma sofriex ġrieħi tant li la kien hemm bżonn l-assistenza tal-Pulizija jew ta’ staff mediku. Filfatt dan l-inċident kien indirizzat mill-uffiċjali tal-LESA.
//= $special ?>