Lokali

Sorsi mid-Depot jiċħdu rapport ta’ ‘l-Orizzont’

Yorgen Fenech ta statement uffiċjali wieħed lill-Pulizija

Hekk kif dalgħodu mistennija tibda l-kumpilazzjoni tan-negozjant Yorgen Fenech, li jinsab akkużat bl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, il-faċċati tal-ġurnali llum ukoll huma miżgħuda b’aħbarijiet relatati mal-aħħar żviluppi.

Fost l-oħrajn, il-ġurnal l-Orizzont irrapporta illi Yorgen Fenech biddel il-verżjoni tiegħu tal-fatti mill-inqas ħames darbiet. Iżda sorsi qrib l-investigaturi ċaħdu li dan huwa veru. Anzi, ikkonfermaw li l-Pulizija ħadu biss statement wieħed uffiċjali mingħand l-akkużat – dan huwa l-istess statement li se jkun esebit fil-Qorti.

Is-sorsi tagħna qalulna illi dan l-istess statement ingħata b’mod informali lill-Pulizija meta Yorgen Fenech kien qed jitlob il-Maħfra Presidenzjali.

Dan kien ukoll l-istess perijodu meta Keith Schembri allegatament għadda messaġġ lil Yorgen Fenech biex ma jikxfux. Din in-nota twassliltu mingħand it-tabib tiegħu Adrian Vella, u l-aħbar qatt ma ġiet miċħuda.

Fil-fatt, l-uniku verżjoni differenti li ta kienet meta allegatament ġie pressat minn Keith Schembri biex propju ma jikxfux.