Lokali

Transport Malta tissospendi lil Kenneth Camilleri

Transport Malta ssospendiet lil Kenneth Camilleri, impjegat tagħha, wara li ssemmi waqt xiehda li ta Melvin Theuma fil-Qrati tal-Ġustizzja. Madankollu l-aġenzija li taqa’ taħt ir-responsabbilta ta’ Ian Borg, ma semmitux b’ismu.

Din is-sospenjoni, b’Camilleri li jaħdem bħala Senior Enforcement Officer, ġiet fis-seħħ b’mod immedjat.

Camilleri, eks uffiċjal tas-Servizzi Sigrieti, ġie individwat mill-middleman fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Fix-xhieda jingħad li Theuma jissuspetta li Kenneth, kif ukoll ċertu Johann Cremona, intbagħtu għandu minn Keith Schembri.

F’din il-laqgħa, dejjem skont Theuma, Camilleri nfurmah li qallu li t-tliet suspettati bl-assassinju ta’ Caruana Galizia kienu se jirċievu l-bail kif ukoll miljun ewro kull wieħed.