Lokali

Il-Maġistrat Nadine Lia tirrekuża ruħha mill-każ ta’ Yorgen Fenech – issa l-każ se jinstema’ mill-Maġistrat Rachel Montebello

Il-Maġistrat Nadine Lia rrekużat ruħha mill-każ ta’ Yorgen Fenech, li jinsab akkużat bl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u l-każ issa ġie assenjat lill-Maġistrat Rachel Montebello, li se tibda s-smigħ tal-kumpilazzjoni nhar l-Erbgħa, 11 ta’ Diċembru fin-12.30 pm.

Dan wara li skont il-passi kien il-Prim Imħallef Joseph Azzopardi ddeċieda min se jkollu jisma’ l-kumpilazzjoni, li xogħolha hu li tisma’ l-provi kollha dwar il-każ fejn jirrigwardja, Yorgen Fenech ta’ 38 sena, li kien residenti f’Portomaso San Ġiljan.

F’digriet ta’ 15-il paġna, l-Maġistrat Lia qalet li wara li rat żewġ rikorsi li mhumiex imsejjsa fuq l-imparzjalità jew l-integrità personali tagħha u fid-dawl ta’ dak li kien deċiż kemm mill-Qrati Maltin kif ukoll mill-Qorti Ewropa dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Qorti qalet li biex il-ġustizzja mhux biss issir imma tidher li qed issir, qed tastjeni mill-każ.

Nies fiċ-ċrieki legali issa qed jistaqsu kif il-Maġistrat Lia ma rrekużatx ruħha minn jeddha. Hi ħadet din id-deċiżjoni wara li kien saru żewġ rikorsi; mill-parti ċivili u mid-difiża ta’ Fenech.

It-tifel ta’ Pawlu Lia u l-Maġistrat Nadine Lia

A

Il-kumpilazzjoni ta’ Yorgen Fenech, li jinsab akkużat b’rabta mal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia mhux se ssir illum kif previst. Fenech, ta’ 38 sena, nġieb il-Qorti mill-Pulizija, biex ikun preżenti għall-każ’ tiegħu li kellu jinstema’ quddiem il-Maġistrat Nadine Lia.

Ir-rikorsi mill-partijiet biex tastjeni jew tirrikuża ruħha milli tipprededi fil-kawża u tibgħat l-atti ta’ din il-kawża minnufih lill-Prim Imħallef sabiex tiġi assenjata lill-Maġistrat ieħor.

Fid-digriet tagħha l-Maġistrat Lioa għamlet referenza għall-istess rikors, fejn ingħad li skont il-media l-Qorti ddeċidiet li mhijiex se tastjeni mill-kawża fejn qalet li dan mhux minnu kif mhux minnu li l-Qorti appuntat is-smiegħ tal-kawża għall-Erbgħa, 4 ta’ Diċembru, 2019 fid-9.00am.

Il-Maġistrat Nadine Lia qalet li ħadd ma ġie notifikat sabiex jattendi għal xi smigħ fantażma għal lum fid-9.00am. Dak li ġie rrappurat hija qalet huwa totalment invenzjoni.

Hija qalet ukoll li l-partijiet setgħu jlissnu l-oġġezzjoni tagħhom wara li tressaq il-Qorti l-akkużat fit-30 ta’ Novembru 2019, u qabel ma saret il-polza, u qabel il-kawża ġiet reġistrata u assenjata lilha.

Il-Maġistrat Nadine Lia qalet li minħabba dan kollu, nħlew tliet t’ijiem prezzjużi biex jitressqu l-oġġezzjonijiet direttament mal-Qorti li lilha ġiet assenjata l-kawża. Dan kollu serva bħala dewmien inutli u ħela ta’ ħin amministrattiv aktar u aktar meta l-avukati tal-parte civile jafu tajjeb li l-kawża hija marbuta b’terminu limitat sabiex ikun jista’ jingħata l-hekk imsejjaħ digriet tal-prima facie.

Hija kompliet tgħid li r-rikors mhux imsejjes fuq l-imparzjalità jew integrità personali tal-Maġistrat sedenti iżda minħabba l-fatt, kif jiġri minn żmien għal żmien, ġewwa pajjiż, persuna relatata mal-Maġistrat sedenti biż-żwieġ.

Qalet li teżisti l-possibilità li hemm min se jemmen li hija għandha kunflitt ta’ nteress, tali li jista’ jippreġudika l-andament ta’ dawn il-proċeduri, unikament peres li avukat relatat biż-żwieġ, minn żmien għal żmien, assista membri li kienu jiffurmaw parti mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, u għalhekk hija kkunsidrat it-talba biex tastjeni jew tirrikuża ruħha.